Saturday, December 14, 2024

“Mhux biżżejjed tlifna lilek … Grazzi talli għoġbok tħallihulna hawn”

Oħt ir-raġel li sofra ġrieħi ħfief fl-isplużjonijiet li ħasdu l-ħajja ta' Leonard Camilleri

Aqra wkoll

“Bla kliem. Grazzi talli għoġbok tħallihulna hawn. Xokk kbir dalgħodu.” Iddikjarat dan oħt Leonard Bartolo; ir-raġel li aktar kmieni sofra ġrieħi ħfief fl-isplużjonijiet li seħħew fil-kumpless tan-nar San Ġużepp f’Ħal Kirkop.

Hija kompliet biex tfakkar it-telfa ta’ ibnu li seba’ snin ilu tilef ħajtu f’inċident fuq il-post tax-xogħol u li minkejja li ma jistgħu qatt itaffu t-tbatijiet ta’ dik it-telfa, din tal-lum kienet tkompli tkabbar il-ferita fil-familja.

Filwaqt li tenniet id-dispjaċir għat-telfa ta’ Nardu u esprimiet il-kondoljanzi hija kompliet biex tispjega li din tal-lum iqisuha bħala miraklu wara qatgħa kbira mal-aħbar ta’ dak li kien ġara.

Ekonomija

Sport