Fl-aħħar sigħat Fr Colin Apap kiteb li kien għadu kemm tilef lil ħuħ Tony. Kiteb li mhux se tkun faċli għalih li jitkellem dwar il-mewt tiegħu imma sostna li se jkun qiegħed jipprova.
Dan hekk kif għada t-Tnejn se fid-9.00am fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħ’Attard se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima lil Tony u Fr Colin Apap minbarra li se jmexxi l-funeral se jkun qiegħed jagħmel l-omelija.
“Tony kien speċjali mhux biss għal martu Mary, għal ibnu Nigel, martu Audrey Anne u n-neputijiet u l-familjari kemm Maltin u Għawdxin,” kiteb Fr Colin Apap fuq il-midja soċjali.