Friday, April 19, 2024

“Mhux qiegħda f’gym … ħudu ħsieb saħħitkom”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ma tistax ma tiqafx u taħseb xħin tara dan il-messaġġ u r-ritratt ta’ miegħu. Forsi għall-ewwel taħseb li l-persuna inkwistjoni qed tittrenja. Imma taqra dak li nkiteb u tidħol f’qoxortok aktar. Messaġġ, li jġibek f’sensik. Messaġġ li ma tistax tħallih għaddej.

Lorane Higgans Ancilleri hi magħrufa sew għal kemm taħdem fost dawk vulnerabbli. Fl-aħħar sigħat għaddiet messaġġ u ritratt tagħha, hekk kif kienet għadha kemm ħarġet mit-trattament tar-raġġi.

Hi tikkummenta hekk: “le m’iniex qiegħda ġo xi gym. Għadni kif ħriġt mir-raġġi. U qed nitfa’ dan ir-ritratt mhux biex titħassruni jew toqogħdu tiktbuli. Irrid inwassal messaġġ ta’ kuxjenza.  Ta’ kemm għandek tieħu ħsieb saħħtek u dejjem insistu biex jagħmlulkom appuntament ma’ professjonist.  Aħjar tmur u ma jkun xejn milli tmur  u jkun tard wisq. Jiġuni f’moħħi dawk in-nisa li jkabbru sidirhom. Intom tistgħu ma tħossu xejn jekk tiċċekkjaw sidirkom u għalhekk hu importanti li tmorru tagħmlu ultrasound u li hemm bżonn. Bħalma nfaqtu l-flus fuq l-implants tarawx żejda l-flus u l-ħin biex tmorru tagħmlu ‘check up’. Jekk tal-inqas persuna li qed taqra imqar jgħaddilha minn moħħha li hemm bżonn tieħu ħsieb saħħitha inkun kuntenta ħafna”.

Ix-xahar ta’ Ottubru hu ix-xahar dedikat għal kuxjenza marbuta mal-kanċer tas-sider.

Sport