Wednesday, March 27, 2024

Mhux rakkomandat għawm f’parti mill-bajja tal-Balluta

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma baħar u qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema, kif indikat:

Malta – Balluta (Madwar il-klabb tal-Waterpolo), Sliema (Kodiċi tas-Sit B 08).

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:00 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected],[email protected] u [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Ekonomija

Sport