Sunday, December 22, 2024

Mhux rakkomandat għawm taħt il-lukandi fil-viċinanzi tal-Ġonna ta’ Pembroke

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ li jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema taħt il-lukandi fil-viċinanzi tal-Ġonna ta’ Pembroke kif immarkat bl-isfar.

L-EHOs qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-overflow tad-drenaġġ. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.

Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona kif indikata fil-mappa annessa.

Ekonomija

Sport