Tuesday, April 16, 2024

ARA: Wirja ta’ karozzi f’Ħaż-Żabbar b’risq il-Fondazzjoni ALS 

“Kull sena naraw li ngħollu l-livell” - Gianluca Tabone, wieħed mill-organizzaturi ta’ din l-attività

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’ġurnata temp mill-isbaħ, MMG Promotions fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar u Visit Malta, organizzat edizzjoni oħra ta’ Żabbar Autofest.

F’din l-attività wieħed kellu l-opportunità li jara mill-viċin diversi tipi ta’ karozzi u muturi ta’ żminijiet u stili differenti, f’atmosfera mill-isbaħ ta’ mużika ġewwa waħda mit-toroq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar. 

Bħal snin oħra, waqt l-attività nġabru donazzjonijiet għal kawżi ġusti. Din is-sena l-avveniment sar b’risq il-fondazzjoni ALS Malta.

Dan is-sit tkellem ma’ wieħed mill-organizzaturi ta’ din l-attività, Gianluca Tabone, li qalilna li Zabbar Autofest ilha ssir mill-2012 u bdiet bi 80 karozza. Illum il-ġurnata l-għadd ta’ karozzi tela’ għal madwar 300. 

Huwa kompla jinnota li l-konkorrenza għal din l-attività kienet waħda tajba ħafna filwaqt li qal li “l-għan ewlieni tagħna huwa li noffru ħin ta’ pjaċir lid-dilettanti tal-karozzi u lil dawk kollha li jiġu jżuruna filwaqt li niġbru fondi għal għaqdiet bħal ALS Malta. Kull sena naraw li ngħollu l-livell.” 

Ekonomija

Sport