Thursday, April 18, 2024

Premier League: Leeds U. u Leicester C. relegati

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġurnata tal-Premier League Ingliż, Leeds United u Leicester City sfaw relegati għaċ-Championship filwaqt li Aston Villa kkwalifikaw għall-UEFA Conference League. 

Arsenal v Wolves – Arsenal irreġistraw rebħa faċli ta’ 5-0 fuq Wolves bl-iskorers ikunu Granit Xhaka (11, 14), Bukayo Saka (27), Gabriel Jesus (58) u Jakub Kiwior (78).

Aston Villa v Brighton – Aston Villa kkwalifikaw għall-UEFA Conference Lea­gue meta għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Douglas Luiz (8) u Ollie Watkins (26) filwaqt li De­niz Undav (38) wieġeb għal Brighton. 

Brentford v Man City – Brentford jistgħu jiftaħru li huma l-uniku team li wettqu double fuq iċ-champions Manchester City meta din id-darba għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn Ethan Pinnock (85).

Chelsea v Newcastle – Chelsea u Newcastle United temmew fi draw ta’ 1-1 biex il-Magpies spiċċaw fir-raba’ post tal-klassifika. 

Kien Anthony Gordon (9) li fetaħ l-iskor għal Newcastle iżda auto-goal ta’ Kieran Trippier (27) salva r-riżultat għal Chelsea. 

C. Palace v Nottm F.– Crystal Palace u Nottingham Forest spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema partita kienet formalitá hekk kif iż-żewġ timijiet salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni ġimgħat ilu. 

Il-Forest fetħu l-iskor permezz ta’ Taiwo Awoniyi (31) iżda Will Hughes (66) kiseb id-draw għat-team ospitu. 

Everton v Bournemouth– Everton żammew post­hom fil-Premier League proprju fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat meta d-destin kien f’idejhom u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Abdoulaye Doucoure (57). 

Leeds v Tottenham – Staġun ieħor Leeds United se jilagħbu fiċ-Championship meta f’darhom sfaw megħluba minn Tottenham bl-iskor ta’ 4-1 li għalihom skorjaw Harry Kane (2, 69, Pedro Porro (47) u Lucas Moura (92) filwaqt li Jack Harrison (67) skorja għall-Peacocks. 

Leicester v West Ham – Minkejja li għelbu lil  West Ham bl-iskor ta’ 2-1, Leicester City xorta waħda tilfu l-profil tagħhom fil-Premier League minħabba li Everton laħqu l-għan tagħhom bir-rebħa ta’ 1-0 fuq Bournemouth.

Harvey Barnes (34) u Wout Faes (62) skorjaw għall-Foxes filwaqt li Pablo Fornals (79) naqqas il-marġni għall-Hammers. 

Man Utd v Fulham – Manchester United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Fulham 2-1 bl-iskorers ikunu Jadon Sancho (39) u Bruno Fernandes (55) wara li Kenny Tete (19) fetaħ l-iskor għal Fulham li fallew penalty minn Aleksandar Mitrovic (26). 

Southampton v Liverpool – F’logħba divertenti Southampton u Liverpool spiċċaw 4-4. 

Diogo Jota (10, 73), Roberto Firmino (14) u Cody Gakpo (72) skorjaw għal Liverpool filwaqt li James Ward-Prowse (19), Kamaldeen Sulemana (28, 47) u Adam Armstrong (64) skorjaw għas-Saints. 

Ekonomija

Sport