Wednesday, April 24, 2024

Serie A: Iċ-champions il-ġodda Napoli miżmuma minn Bologna

Aqra wkoll

Iċ-champions Napoli ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Bologna liema partita kienet biss formalitá hekk kif il-Partenopei qed jistennew nhar il-Ħadd li ġej biex jiċċelebraw ir-rebħ tal-Iscudetto. 

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Victor Osimhen (14, 54) iżda Bologna salvaw ir-riżultat minn Lewis Ferguson (62) u Lorenzo De Silvestri (84).  

Lazio v Cremonese – Lazio saħħew it-tieni post b’rebħa ta’ 3-2 fuq Cremonese bil-goals jaslu minn Elseid Hysaj (4) u Sergej Milinkovic-Savic (37, 89) filwaqt li Cremonese wieġbu minn Pablo Galdames (54) u Manuel Lazzari (58 og).

Monza v Lecce – Lecce marru għand Monza u kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn penalty ta’ Lorenzo Colombo (91) wara li Chris Gytkjaer (84) falla penalty għat-team ospitu. 

Verona v Empoli – Verona għadhom fil-periklu tar-re­legazzjoni meta laqgħu lil Verona u spiċċaw fi draw ta’ 1-1. 

Huma fetħu l-iskor minn Adolfo Gaich (61) iżda Petar Stojanovic (93) salva r-riżultat għall-viżitaturi. 

Sport