In-numru ta’ każijiet f’pajjiżna niżel minn 500 għal 90. Il-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet attivi ma kellhomx għalfejn jidħlu l-isptar u għalhekk qegħdin jirkupraw f’darhom.
B’hekk iż-żieda ta’ sodod u apparat li pajjiżna attrezza ruħu bihom fortunatament baqgħu mhux użati. Fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-Gvern ħa d-deċiżjoni li ma jixtrix l-isptar li kien ippjanat li jiġi impurtat minn barra u armat f’pajjiżna biex tiżdied il-kapaċità tas-sodod. Is-sitwazzjoni tjiebet bis-saħħa tal-valuri tad-dixxiplina u r-responsabbiltà u grazzi għall-miżuri ta’ prekawzjoni li ttieħdu.
Fil-bulettin ta’ kuljum maħruġ mill-awtoritajiet intqal li huwa ta’ sodisfazzjon li se nkunu f’pożizzjoni li nippromovu lil Malta u lil Għawdex bħala gżejjer Covid-safe.
Mhux se jinxtara l-isptar pre-fabbrikat
