Wednesday, December 25, 2024

Mhux se jkun tollerat abbuż ta’ prezzijiet esaġerati fuq maskri u Face Shields

Aqra wkoll

Il-Ministru Għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ħabbar li bħala gvern mhux se jkun qed jittollera abbuż ta’ prezzijiet esaġerati fuq iċ-ċittadini għal Disposable Surgical Masks jew Face Shields.

Qal li għalhekk bħala Ministru ta’ l-Ekonomija u permezz ta’ avviż legali, minn għada l-4 ta’ Mejju, il-prezz massimu li jistgħu jinbiegħu Surgical Masks, se jkun ta’ 0.95c filwaqt li l-prezz massimu għal Face Shields se jkun ta’ €5.

Schembri kompla biex jgħid li dan qed isir fl-interess taċ-ċittadini kollha. F’każ ta’ abbuż l-individwu jista’ jagħmel rapport lill-Puluzija fuq 22944504 jew 22944511 jew fuq [email protected].

Dawk li jinqabdu jiksru dan l-avviż legali l-ewwel darba jistgħu jeħlu multa ta’ bejn €116 u €582, li din tista tibqa’ tiela’ sa €2,329 għal numru ta’ offiżi. Huwa għalaq jirringrazzja lill-kollegi tiegħu Chris Fearne u Deo Debattista għall-kooperazzjoni sħiħa tagħhom.

Ekonomija

Sport