Saturday, May 18, 2024

Numru rekord ta’ 124 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed

Aqra wkoll

Numru rekord ta’ 124 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-309 spezzjonijiet li saru mill-Environmental Health Officers u l-Pulizija fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Sport