Fid-dawl tal-firxa tal-imxija tal-Covid-19 u d-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, il-Kumitat Festi Nazzjonali qed iħabbar li din is-sena mhux se jsiru l-attivitajiet u ċ-ċerimonja kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien.
Dan wara li anke fl-aħħar jiem bdew il-prekawzjonijiet fejn tnaqssu l-folol u aktar tard saħansitra kien suġġerit li ma jkun hemm persuni li jiltaqgħu fi gruppi bil-għan li jonqos it-tixrid tal-coronavirus.