Thursday, October 17, 2024

Michael Bolton issiru operazzjoni f’moħħu biex jitneħħa tumur

Aqra wkoll

Il-kantant mill-Istati Uniti Michael Bolton qal li qiegħed jirkupra bil-mod wara li kellha ssirlu operazzjoni f’rasu biex jitneħħa tumur li kellu f’moħħu.

Kien hu stess li ħabbar dan fuq il-midja soċjali. Bolton li għandu 70 sena qal li ngħata l-aħbar li kellu tumur f’rasu lejn l-aħħar tas-sena l-oħra u mill-ewwel infromaw li kellu bżonn operazzjoni urġenti.

“Grazzi lit-tim mediku kollu, l-operazzjoni kienet suċċess. Issa qiegħed nirkupra bil-mod id-dar imdawwar b’imħabba kbira u b’appoġġ kbir li għandi mill-familja tiegħi,” kiteb Michael Bolton fuq il-midja soċjali.

Minħabba t-tumur f’moħħu kellu jħassar diversi kunċert li kellu jagħmel. Hu qal li qiegħed jittama li fix-xhur li ġejjin ikun jista’ jkompli bil-wirjiet tiegħu.

Sport