Monday, May 13, 2024

L-akkużat bil-qtil ta’ Eric Borg trasferit għat-Taqsima Forensika f’Monte Karmeli

Aqra wkoll

Noel Azzopardi li jinsab mixli bil-qtil ta’ Eric Borg ġie trasferit għat-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Karmeli.

Rapporti qegħdin jgħidu li wara li saret evalwazzjoni psikjatrika, Azzopardi ġie trasferit mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Dalgħodu sar il-funeral ta’ Eric Borg fil-Knisja ta’ San Pawl ir-Rabat Malta li għalih attendew mijiet ta’ persuni.

Hekk kif fl-aħħar jiem Azzopardi kien tressaq il-Qorti, l-avukati tiegħu talbu biex jiġu esebiti r-rekords mediċi kollha speċjalment dawk relatati mal-Isptar Monte Karmeli. L-avukati qalu li l-klijent tagħhom għandu storja twila ta’ trattament psikjatriku.

Jidher li Azzopardi ilu jingħata l-kura psikjatrika mill-2016 u minn dakinhar ‘l hawn huwa baqa’ taħt l-istess kura.

Sport