Michael Knighton, li kien viċin li jixtri lill-club ta’ Manchester United fis-snin tmenin, żvela li qed jippjana offerta kbira biex jixtri l-ishma kollha tas-sidien tal-club, il-familja Glazer.
L-Amerikani jinsabu taħt pressjoni biex ibigħu l-club ta’ Old Trafford wara li fl-istaġun li għadda temmew fis-sitt post u fallew mill-jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League.
Knighton sostna li qed jaħdem fuq pjan biex ineħħi lill-familja Glazer mit-tmun tal-club hekk kif il-partitarji huma ferm irrabjat bit-tmexxija tagħhom.
Gruppi tal-partitarji, nhar il-Ħadd li għadda, għamel protesta kontra l-Glazers eżatt qabel il-partita kontra Brighton u li fiha sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1.
Peró, minkejja dawn il-protesti kollha, is-sidien Amerikan ma għandhom l-ebda interess li jbiegħu … sakemm xi ħadd ma joffrix is-somma ta’ £4 biljuni.