Saturday, May 4, 2024

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ifakkar dwar l-ilbies tal-maskra waqt l-għoti tad-demm

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa li ġej jista’ jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 14 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun maġenb il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.  
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 14 t’Awwissu ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar It-Tnejn 15 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr.  

Noti importanti ħafna:

Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.

Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.

Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Sport