Michaela għandha sentejn u telgħet l-Ingilterra ħames darbiet għall-kura. Michaela u l-familja tagħha sabu spalla ta’ appoġġ mingħand Puttinu permezz ta’ akkomodazzjoni b’xejn fl-Ingilterra waqt it-trattament tagħha.
Dan iddikjarah Puttinu Cares permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li dan kollu qed isir bis-saħħa tal-ġenerożità tiegħek u tal-poplu kollu Malti u Għawdxi.
Puttinu qal; “Bid-donazzjoni tiegħek fil-Ġimgħa l-Kbira, se tkun qed tgħin biex inlestu l-binja l-ġdida fiċ-ċentru ta’ Londra, sabiex aktar familji bħal ta’ Michaela ikollhom akkomodazzjoni b’xejn waqt li jirċievu l-kura”