Bħala parti mir-ristrutturar tagħha, l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Maltija (ACE) ħabbret xi tibdiliet fir-rappreżentanza tagħha. F’dan il-proċess, Michelle Muscat ġiet eletta bħala l-President il-ġdida tal-Assoċjazzjoni.
Matthew Pace huwa l-Viċi President il-ġdid, Omar Vella se jkun qiegħed jonora l-kariga ta’ Segretarju Onorarju filwaqt li Jon Dalli se jkun it-Teżorier Onorarju.
Il-President uxxenti tal-ACE Ruben Buttigieg se jkun qiegħed iżomm rwol konsultattiv fi ħdan l-assoċjazzjoni.