Tuesday, May 14, 2024

“Dan ir-rikonoxximent huwa riżultat tal-impenn tat-tim kollu li jgħinni kuljum”

Il-Kummissarju Angelo Gafa jingħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-grad ta’ Kavallier mill-Ambaxxatriċi Franċiża Von Der Mühll

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union ferħet lill-Kummissarju tal-Pulizija s-sur Angelo Gafa li ngħata l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-grad ta’ Kavallier mill-Ambaxxatriċi Franċiża għal Malta Ms Agnès VON DER MÜHLL – Ambassade de France à Malte.

Fid-diskors tagħha l-Ambaxxatriċi Von Der Mühll irrimarkat li dan il-premju qed jingħata bħala rikonoxximent tal-kontribut Gafà tal-Kummissarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija li qed tiffjorixxi bejn Franza u Malta.

Fid-diskors tiegħu l-Kummissarju Angelo Gafa qal li jħossu grat u onorat immens b’dan ir-rikonoxximent mir-Repubblika ta’ Franza. Ta’ dan huwa rringrazzja lit-tim kollu ta’ uffiċjali li hemm warajh għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom biex ta’ kuljum jissapportjawh f’din il-viżjoni ta’ trasformazzjoni.

Sport