Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Marsanne Farrugia, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Nazzareno Dalli. Dalli jinsab mixli li f’Marzu li għadda, ipprova joqtol żewġt ibniet, waħda ta’ 12 -il sena u l-oħra ta’ 15 -il sena b’diversi daqqiet ta’ sikkina
Fil-Qorti ġie spjegat li Nazzareno mhuwiex persuna li l-Qorti tista tavda jekkk jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan minħabba diversi raġunijiet fosthom, li tliet xhur qabel l-attentat qtil, Dalli kien qiegħed jixrob ammont sostanzjali ta’ alkoħol kuljum u kien qed jagħmel użu mill-kokaina.
Ingħad ukoll li l-akkużat kien qed jagħmel użu mill-pilloli tal-irqad. Il-Qorti ikkunsidrat ukoll il-fatt li qabel l-inċident, Dalli kien ikkonsma ħafna kokaina, mogħtija b’xejn lilu mingħand raġel. Dan filwaqt, li l-akkużat ħa ukollxi pilloli u xorob sustanza likwida f’tazza.
Fl-istqarrija tiegħu, Dalli, qal li konsegwenza ta’ din ix-xarba huwa ntilef minn sensieh, u qal li ma jiftakar xejn x’għamel u x’ġara. Intant, il-Qorti ordnat sabiex huwa jiġi segwit matul dawn il-proċeduri taħt ordni temporanja ta’ superviżjoni.