Saturday, July 20, 2024

Bdiet it-taqtiegħa għall-firma ta’ Riccardo Calafiori

Aqra wkoll

Bdiet it-taqtiegħa minn clubs Ingliżi għall-firma tad-difensur internazzjo­nali Taljan, Riccardo Calafiori, wara li Bologna ħabbru li mhux se jagħmlu negozju ma’ Juventus minħabba li jinsabu rrabjati wara li “serqu” lill-coach Thiago Motta.

Bħalissa, Arsenal u Chelsea qed jillidjaw din it-taqtiegħa.

Id-difensur ta’ 23 sena kien wieħed mill-ftit players li mpressjonaw għall-Italja fil-Euro 2024, minkejja li kien ix-xahar li għadda biss li huwa għamel id-debutt mal-Azzurri.

Juventus kienu ilhom isegwuh għal ħafna xhur, iżda minħabba l-fatt li rnexxielhom jattiraw lill-coach Motta, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ clubs tkissret għal kollox wara li Motta mexxa lil Bologna għall-ewwel kwalifikazzjoni tagħhom għall-UEFA Champions League.

Dan ikkonfermah id-direttur sportiv ta’ Bologna, Giovanni Sartori, meta kellem lill-istampa:

“Calafiori mhux se jingħaqad ma’ Juventus għax ma għandna l-ebda taħdi­diet magħhom. Aktarx li jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż. Iżda fl-istess waqt se nagħmlu dak kollu possibbli biex inżommuh.

Arsenal u Chelsea ilhom interessati fis-servizzi ta’ Calafiori iżda saħansitra hemm suġġe­rimenti wkoll li Liverpool, Tottenham Hotspur u West Ham United jistgħu jkunu fit-taqtiegħa.

Bologna ffirmaw lil Calafiori s-sena l-oħra mingħand FC Basel għal €4 miljun biss iżda fil-kuntratt teżisti klawsola li l-club Svizzeru jkollu d-dritt ta’ 40% jekk jinbiegħ.

Ir-Rossoblú qed jitolbu €50 miljun.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport