Thursday, November 28, 2024

Micħuda t-talba ta’ Yorgen Fenech biex Theuma jiġi investigat fuq xhieda falza

Aqra wkoll

Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-allegat mandatur tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex jiġi investigat Melvin Theuma dwar xhieda falza.

Fenech kien ippreżenta rikors biex il-Qorti tordna lill-pulizija tinvestiga lil Theuma billi b’mod kontinwu kien qed jixhed fatti mhux veritieri u li dak kollu li qal dwar l-involviment ta’ Fenech fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa gidba mill-bidu sal-aħħar.

Il-Maġistrat Nadine Lia qalet li f’dan l-istadju ma kien hemm l-ebda bażi prima facie biex il-Kummissarju tal-Pulizija jordna l-investigazzjoni.

Sport