Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat għaliex instab li fil-qamħirrun hemm residwi tal-pestiċida Chlorpyrifos.
Deskrizjoni tal-prodott – Microwave Pop corn Salted. Ditta – Snack Day. Numru tal-lott u d-Data tad-durabbiltà:
Batch 22338 – Best Before Date 05/12/2024
Batch 22340 – Best Before Date 07/12/2024
Batch 22354 – Best Before Date 21/12/2024
Batch 22356 – Best Before Date 23/12/2024
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].