Tuesday, December 24, 2024

Miexi ġmielu l-proġett tal- kostruzzjoni tal-MICAS b’investiment ta’ €13-il miljun

Aqra wkoll

Ix-xogħlijiet għaddejjin tajjeb ħafna fis-sit tal-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) fil-Furjana. Dan kollu qed isir b’investiment ta’ €13-il miljun bl-għajnuna ta’ Fondi Ewropej.

Il-binja hija mifruxa fuq medda ta’ 4,000 metru kwadru, mqassam fuq erba’ livelli. Permezz tal-investiment, ser ikollhom gallariji li joffru spazji moderni għal esebizzjonijiet u installazzjonijiet ta’ artisti Maltin u barranin. Dan l-investiment hu kofinanzjat mill-fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonnet żaru x-xogħolijiet għaddejjin fuq dan is-sit.

Il-Ministru Bonnici sostna li l-arti kontemporanja għandha tkun aċċessibbli għal kull individwu. Hu rrimarka li dan il-proġett se jpoġġi lil Malta fuq il-mappa internazzjonali tal-artisti. Barra minn hekk din il-binja ser tkun qegħda toffri spazju għal pubbliku, spazju li qabel ma’ kellu użu ta’ xejn.

Min-naħa tiegħu Chris Bonnet qal li il-proġett ser ikun qiegħed jorbot il-modern mal-istoriku u li għalih qed jaħdmu bosta ħaddiema Maltin u dawk barra minn xtutna.

Ekonomija

Sport