Friday, April 19, 2024

F’Diċembru 2022 għaddew mill-MIA 421,468 passiġġier

Aqra wkoll

F’Diċembru tas-sena li għaddiet, hekk kif ħafna persuni reġgħu bdew jivvjaġġaw wara l-pandemija mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddew 421,468 passiġġier.

Dan ifisser li f’Diċembru t-traffiku fl-ajruport ta’ Malta rkupra bi 88.3% meta mqabbel ma’ qabel faqqet il-pandemija. Minkeja din iż-żieda xorta waħda s-sena 2022 rat 20% inqas passiġġier mis-sena rekord tal-2019, eżatt qabel ma bdiet il-Covid-19.

Skont stqarrija li ħareġ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’Diċembru għaddew medja ta’ madwar 13-il elf passiġġier kuljum, filwaqt li fl-aktar jiem impenjattivi li jfisser bejn it-23 u d-29 tal-istess xahar din iċ-ċifra relgħet għal madwar 17-il elf passiġġier.

L-aktar pajjiz li kien popolari bħala destinazzjoni fl-aħħar xahar tas-sena l-oħra kien l-Italja, sewgit mir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja.

Is-suq Pollakk u dak Franċiż it-tnejn esperjenzaw tkabbir notevoli fuq il-livelli ta’ qabel il-pandemija, b’dak tal-ewwel jirreġistra żieda fil-passiġġieri ta’ 26% u dak tal-aħħar jirreġistra tkabbir ta’ 58.7% fuq l-2019. Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ passiġġieri li vjaġġaw minn u lejn it-tlitt iswieq l-oħrajn kien aktar baxx mil-livelli li kienu ġew irrappurtati f’Diċembru 2019.

Ir-riżultati milħuqin f’Diċembru li għadda wasslu lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex jagħlaq is-sena 2022 b’5.8 miljun moviment tal-passiġġieri, liema ċifra hija 20% taħt it-traffiku rekord tal-2019. Filwaqt li Awwissu kien l-aktar xahar li matulu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra passiġġieri (712,122) fis-sena 2022, Diċembru kellu l-ogħla rata ta’ rkupru.

Sport