Tuesday, April 30, 2024

3,896 student għandhom l-għajnuna tal-LSE fl-iskejjel

Aqra wkoll

Fl-iskejjel Maltin hawn 3,896 student għandhom l-għajnuna tal-Learning Support Educator (LSE). Dawn qegħdin jingħataw l-għajnuna minn 2,869 LSE.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Clifton Grima waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li sal-aħħar ta’ Diċembru kien hemm 15-il tifel u tifla li kienu għadhom qegħdin jistennew li jkollha l-LSE magħhom fil-klassi.

Il-Gvern fl-aħħar snin nieda skema biex jgħin studenti żvantaġġjat, liema skema hija msejħa “Skema 9” u matul l-2021 kien hemm 5,562 student li gawdew minnha.

Sport