L-awtoritajiet Torok ġew arrestati iktar minn 340 persuna matul it-tielet jum ta’ protesti madwar il-pajjiż. Midja internazzjonali qalet li l-protesti bdew wara l-arrest tas-Sindku ta’ Istanbul Ekrem Imamoglu, nhar l-Erbgħa.
Huwa nżamm taħt akkużi ta’ korruzzjoni u li għen lil gruppi terroristiċi, jiem qabel kellu jitħabbar bħala kandidat għall-elezzjoni presidenzjali tal-2028.
F’diskors tal-Ġimgħa, il-President Recep Tayyip Erdogan ikkundanna l-protesti u qal li l-gvern tiegħu mhux se “jċedi” għal “vandaliżmu” jew “terrur fit-toroq”.