Sunday, December 22, 2024

Mijiet immultati u oħrajn arrestati huma u deħlin għal dimostrazzjonijiet f’Pariġi

Aqra wkoll

Il-Pulizija Franċiża waqqfet mijiet ta’ vetturi b’persuni li pruvaw jidħlu f’Pariġi bħala parti mill-protesta kontra r-regoli tal-Covid-19.

L-awtoritajiet taw istruzzjonijiet lil aktar minn 7,000 uffiċjal għall-jiem li ġejjin bil-ħsieb li jwaqqfu d-dimostrazzjonijiet.

Il-grupp kien ispirat mill-‘Freedom Convoy’ li fl-aħħar ġimgħat twaqqaf bi protesta kontra regoli fejn jidħol vjaġġar u qsim ta’ fruntieri minħabba l-miżuri tal-Covid-19.

Dawn id-dimostrazzjonijiet qegħdin jinfirxu f’pajjiżi oħra madwar id-dinja. L-awstrija u l-Belġju waqqfu dawn il-vetturi milli jidħlu fil-kapitali tagħhom u dimostrazzjonijiet simli evolvew ukoll fl-Awstralja, fi New Zealand u fl-Olanda.

Is-Sibt il-Pulizija f’Pariġi qalet li nħarġu mat-300 ċitazzjoni lil sewwieqa, kif ukoll ġew arrestati seba’ persuni wara li nstabu fil-pussess ta’ affarijiet perikolużi relatati mad-dimostrazzjonijet.

Ekonomija

Sport