Sunday, November 24, 2024

Mijiet jattendu għal Earth Sunday f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Prodotti artiġjanali, tħawwil ta’ siġar u mużika live minn artisti lokali kienu fost l-attivitajiet organizzati f’ Ta’ Qali Picnic Area bħala ċelebrazzjoni ta’ Earth Day.

Din l-attivita’ ġiet organizzata mill-aġenzija Project Green b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent, Enerġija u Intrapriża flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, Akkwakultura u Drittijiet tal-Annimali, kienet suċċess kbir, hekk kif mijiet ta’ familji attendew bi ħġarhom għal ġurnata mimlija attivitajiet divertenti.

F’din l-attività ipparteċipaw ukoll Circular Economy Malta, ERA, WasteServ, Ambjent Malta, Saving Our Blue and EcoMarket.

Attivitajiet għal nies ta’ kull eta b’ tagħlim dwar il-protezzjoni ambjentali, prodotti artiġjanali magħmulha minn materjal sostenibbli, tħawwil ta’ pjanti, horse-riding flimkien ma’ spettaklu minn DanUSan.

Tfal ipparteċipaw f’attivitajiet edukattivi bħal puppet-show, tħawwil ta’ siġar u sensory box li fiha setgħu joħolqu l-ispazji miftuħa ideali tagħhom.

Meadow Strings, Joemike & Lydon, Kantera u Claudia Faniello taw spettaklu ta’ mużiku, waqt li l-pubbliku seta’ wkoll igawdi l-ikel bnin. Oħrajn għamlu wkoll picnics, fejn gawdew l-attivitajiet li kienu qed isiru fil-madwar.

Il-Ministru għall-Ambjent, Enerġija u l-Intrapriża qalet li attivitajiet bħal dawn mhux biss jattiraw aktar nies lejn spazji miftuħa, iżda iservu wkoll bħala pjattaforma edukattiva fuq is-sostenibbiltà u l-ambjent. “Aktar ma’ norganizzaw attivitajiet, aktar jattenda nies u din ittina aktar enerġija biex nibqgħu għaddejjin. Fl-okkażżjoni ta’ Earth Day, ridna nuru n-nies kif jistgħu jgħixu ħajja sostenibbli, u ħadt gost nara li n-nies irrispondew u ingħaqdu magħna llum” qalet il-Minsitru Miriam Dalli.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said saħqet kif l-imħabba għall-annimali spikkat fl-Attività ‘Earth Day’. Attivitajiet bħal dawn iservu sabiex il-familji tagħna jqattgħu ħin ta’ mistrieħ fi spazji ħodor kif ukoll ikollhom l-opportunità jinteraġġixu u jesperjenzaw iktar mil-viċin l-imħabba li joffru l-annimali.

Steve Ellul, il-kap-eżekuttiv ta’ Project Green, spjega kif l-aġenzija kontinwament taħdem biex iżżid l-użu ta’ aktar spazji miftuħa u ħabba f’hekk qed torganizza ferm aktar attivitajiet kull xahar. Ellul qal li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta biex nieħdu ħsieb l-ambjent, u f’dawn l-attivitajiet Project Green tarma stands interattivi li jipprovdu opportunità lill-pubbliku biex jitgħallem aktar dwar l-importanza tal-biodiversità permezz tat-tħawwil ta’ siġar u pjanti biex anki huma ikunu jistgħu jieħdu rwol aktar attiv fit-tkabbir tal-pjanti fid-djar tagħhom. Huwa għalaq billi qal li Earth Day mhiex biss illum iżda kuljum u ħabba f’hekk qed tiġi mfakkra matul is-sena kollha.

Sport