It-temp sabiħ li offriet il-ġurnata tal-Ħadd kienet opportunità unika biex ta’ persuni jerħulha lejn l-Imġarr għall-Festa Frawli 2024. Din l-attività gastronomika li tittella’ ta’ kull sena tiċċelebra l-produzzjoni tal-frawli lokali.
L-attività, li bdiet għall-ħabta tal-10.00am fejn kien hemm diversi prodotti għall-bejgħ fosthom pastizzi, sfineġ, ravjul, luminati, smoothies, slush puppies, alkoħol u pasti li kollha huma magħmula mill-frawli.

L-Imġarr huwa meqjus bħala l-lokalità ewlenija għall-produzzjoni tal-frawli, proċess li jdum ix-xhur sakemm din il-frotta bnina u popolari tasal fuq l-imwejjed tagħna.

Festa Frawli hija avveniment għall-qalb ħafna l-poplu Malti li issa daħlet ukoll fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.

