Mijiet ta’ eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq ta’ Madrid u Barcellona kif ukoll f’aktar minn 40 belt oħra biex jipprotestaw kontra ż-żieda fil-prezzijiet tal-propjetà.
Fl-aħħar ghaxar snin il-prezzijiet tad-djar żdied b’aktar minn 44% u dan qiegħed iħalli miljuni ta’ persuni ma jistgħux jixtru djarhom.
Anke l-prezzijiet tal-kerha kien hemm żieda qawwija tant li hu ferm diffiċli biex wieħed jikri.
Raġel li jgħix fil-kapitali Spanjola qal lill-midja li hu jaf 100 familja li mhux se jkollkom il-kuntratt tal-kerha mġedded minħabba li mhux se jkunu jistgħu jħallsu aktar il-kirja. Hu staqsa x’se jkun qiegħed jiġri minn dawn il-familji.
Ħafna żgħażagħ qegħdin jispiċċaw jibqgħu jgħixu mal-ġenituri minħabba li mhux qed jirnexxilhom jixtru d-djar tagħhom.