Wednesday, March 27, 2024

Mil-lejla parti mill-karreġġjata ta’ Triq l-Imdina ser tkun magħluqa biex tinbena mill-ġdid

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Mil-lum se jkun qed isir xi xogħol matul il-lejl u għandu jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta 16 t’Awwissu.

Mil-lum sal-Ħadd billejl, il-ħinijiet tax-xogħol se jsiru mid-9:00 p.m. ta’ filgħaxija sal-5:00 a.m. tal-għada filgħodu. Imbagħad it-Tnejn u t-Tlieta billejl, il-ħinijiet tax-xogħol se jsiru mit-8:00 p.m. ta’ filgħaxija sal-5:00 a.m. tal-għada filgħodu.

Biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir, parti mill-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq l-Imdina, direzzjoni minn Ħal Qormi għal Ħaż-Żebbuġ ser tkun magħluqa biex tinbena mill-ġdid.

Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex isegwu t-tabelli lejn rotta alternattiva mit-triq ta’ maġenbha.

Ekonomija

Sport