Saturday, December 21, 2024

Mil-lum dawk li għandhom ‘l fuq minn 35 sena jistgħu jirreġistraw għall-booster

Aqra wkoll

Dawk il-persuni kollha li għandhom ‘il fuq minn 35 sena, mil-lum jistgħu jirreġistaw għall-booster kontra l-Covid-19. Wieħed jista’ jagħmel dan fuq vaccin.gov.mt

F’konferenza tal-aħbarijiet li seħħet ftit tal-jiem ilu, tħabbar ukoll li dawk il-persuni li ħadu t-tilqima ta’ Johnson & Johnson, li għaliha kienet meħtieġa doża waħda biss, se jiġu kkuntattjati għat-tieni doża tagħhom fil-jiem li ġejjin, sakemm ikunu għaddew mill-inqas xahrejn mill-ewwel doża.

Waqt li attenda l-Kunsill Ewropew li ltaqa’ fi Brussel tul il-jum tal-Ħamis, il-Prim Ministru Robert Abela għal darb’oħra appella biex in-nies imorru jieħdu l-booster dose għax fi kliemu din tagħmel differenza enormi.

Spjega kif ir-rata qawwija ta’ vaċċinazzjoni li għandna f’pajjiżna kkontribwiet biex minkejja n-numru ta’ infezzjonijiet, il-qagħda fl-isptarijiet tagħna, partikolarment dawk fit-taqsima tal-kura intensiva, baqgħet waħda stabbli.

Ekonomija

Sport