Thursday, December 26, 2024

Mil-lum ir-residenti fid-djar tal-anzjani jibdew jirċievu l-booster

Aqra wkoll

Kif kien imħabbar, mil-lum se tibda tingħata l-booster dose u se jkunu proprju r-residenti fid-djar tal-anzjani l-ewwel li se jibdew jirċievuha.

Il-pjan oriġinali kien li din tibda tingħata mit-13 ta’ Settembru, iżda d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien ħabbar li l-programm kien avvanza b’ġimgħa anke fl-isfond tal-każijiet ġodda li kienu feġġew fost ir-residenti fi djar tal-anzjani.

Id-Deputat Prim Ministru qal li minkejja dawn il-każijiet, peress li kienu mlaqqmin ma wasslux għal konsegwenzi serji.

Mil-lum se jintbagħtu wkoll l-inviti lil dawk il-persuni li huma ‘immuno-suppressed’ biex anke huma jieħdu l-booster dose.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa aċċenna fuq kemm hu importanti li l-iktar persuni vulnerabbli jieħdu l-booster dose sabiex l-immunità tagħhom kontra l-COVID-19 tibqa’ b’saħħitha, speċjalment matul ix-xhur li ġejjin fejn jibda dieħel ukoll l-istaġun tal-influwenza.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li se jkunu qed jingħataw madwar 500 tilqima kuljum lil dawk l-anzjani li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani, kif ukoll lil dawk li huma residenti f’San Vinċenz de Paul.

Dan il-proċess qed isir b’ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet għas-Saħħa u s-Social Care Standards Authority.

Intant, mil-lum ukoll se jkunu permessi li jsiru avvenimenti bilwieqfa fil-miftuħ, li se jkunu limitati għal 100 ruħ u huma aċċessibbli għal persuni mlaqqmin.

Ekonomija

Sport