Saturday, May 4, 2024

Raġel jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 61 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.45p.m. fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.

Il-karozza, tat-tip Jaguar, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Msida.

L-Ingliż ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport