Saturday, May 4, 2024

Aġġornat: It-triq terġa’ tinfetaħ għat-traffiku wara ħabta bejn tliet vetturi f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-10.30a.m. seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ bejn tliet vetturi bil-konsegwenza li kellha tingħalaq parti mit-triq.

Uffiċjali ta’ Transport Malta marru fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku filwaqt li ntalbet ukoll l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili.

Kawża ta’ dan l-inċident inħolqot konġestjoni tat-traffiku iżda aktar tard it-triq infetħet mill-ġdid għat-traffiku.

Sport