Friday, December 13, 2024

Mil-lum jibdew ir-rondi f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Tas-Sliema saret lokalità li fiha nħasset il-ħtieġa urġenti ta’ aktar sigurtà. Dan wara li seħħ il-qtil brutali ta’ Paulina Dembska fi Frar li għadda, l-attakk fuq is-Sindku John Pillow u l-ġimgħa li għaddiet ġie aġġredit raġel li kien qiegħed jiġri. 

Għal dan il-għan l-awtoritajiet, flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, iddeċidew li mil-lum se jibdew isiru r-rondi mill-Pulizija.

Dawn ir-rondi ta’ rutina se jkunu bejn l-Exiles u x-xatt ta’ Tas-Sliema u jkopru l-ħinijiet ta’ bejn il-5.00 a.m sa nofsillejl.

Diskussjonijiet biex ikunu estiżi l-ħinijiet

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ħabbar li t-taħditiet dwar ir-rondi fil-lokalità se jkomplu b’mira li dawn is-sigħat ta’ sorveljanza għas-sigurtà pubblika, ikunu jistgħu jiġu estiżi minn nofsilejl sal-5.00 a.m. 

Il-POU tisħaq dwar nuqqas ta’ riżorsa umana u tipproponi CCTV’s

Intant il-POU fi stqarrija li ħerġet ilbieraħ filgħaxija spjegat li se tkun qiegħda tipproponi li minflok dawn ir-rondi, jiġu installati CCTV Cameras.

Il-POU qed titlob għal koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kollha ikkonċernati b’mod partikolari il-gvern, il-Kunsill, Transport Malta u il-LESA u flimkien jassiguraw li din iż-żona u żoni oħra mal-Pajjiż ikunu koperti b’servizz ta’ CCTV Cameras li jkunu konnessi direttament mal-control room tal-Pulizija.

Skont il-POU din is-sistema tkun tista’ toffri servizz aktar immedjat anke minħabba li l-Pulizija jkollha għajnejha fuq il-partijiet kollha anke minħabba li d-distanza li hemm bżonn tiġi koperta hija ta’ sitt Kilometri.

Ekonomija

Sport