Thursday, December 26, 2024

Mil-lum tingħata l-booster dose lil dawk b’immunità dgħajfa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li t-Tnejn li għadda bdiet tingħata l-booster dose lir-residenti fid-djar tal-anzjani, mil-lum din it-tilqima se tkun qiegħda tingħata lil dawk b’immunità dgħajfa.

Skont l-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtorità tas-saħħa ntqal li s’issa ngħataw 2,240 booster dose.

Intant minn Ottubru din it-tilqima se tibda tingħata wkoll lil dawk li għandhom ’il fuq minn 70 sena.

L-awtoritajiet Maltin jibqgħu kommessi li jibqgħu għaddejjin bil-proċess tat-tilqim kontra l-virus tal-Covid-19. Skont id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne l-vaċċin huwa l-arma li għandna kontra l-pandemija.

Ekonomija

Sport