Milan jinsabu fiduċjużi li l-attakkant tagħhom Rafael Leao jġedded il-kuntratt eżistenti sabiex ikun jista’ jkompli jilbes il-flokk Rossonero.
Jingħad li diġa’ hemm ftehim verbali bejn iż-żewġ partijiet bil-plejer li mistenni jaqla’ €7 miljun aktar fis-sena.
Minkejja kollox, hemm intopp li qed ixekkel dan il-ftehim minħabba li l-eks clubs tiegħu Sporting Lisbon u Lille qed jitolbu lil Milan jonoraw xi klawsoli li hemm fil-kuntratt eżistenti.