Monday, July 13, 2026
Home Sport Boulaye Dia segwit minn diversi clubs Ewropej

Boulaye Dia segwit minn diversi clubs Ewropej

0
441

L-attakkant mis-Senegal, Boulaye Dia, qed jiġi segwit minn diversi timijiet Ewropej fl-Ingilterra u Franza. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u kien protagonista fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet wara li skorja l-gowl tad-draw għal Salernitana fil-logħba li lagħbu kontra Napoli.

Il-plejer Senegaliż kien dak li ppospona l-festa ta’ Napoli li kienu diġa’ lesti sabiex jiċċelebraw ir-rebħ tas-Serie A.

Bħalissa Dia jinsab misluf ma’ Salernitana mingħand Villareal. It-tim min-naħa t’isfel tal-Italja jixtieq jixtri lil dan il-plejer iżda l-ewwel irid isalva postu fl-ogħla kampjonat Taljan.