Fil-jiem li ġejjin id-diriġenti ta’ Milan mistennija jiltaqgħu mal-aġent tal-attakkant internazzjonali Portugiż, Rafael Leao, fit-tentattiv li jiġġedded il-kuntratt tiegħu.
Il-kuntratt attwali tal-player ta’ 23 sena jintemm f’Ġunju 2024 u l-manager tal-club, Paolo Maldini, Paolo Maldini, għamilha ċara aktar kmieni din il-ġimgħa li l-club irid iġedded il-kuntratt ta’ Leao qabel il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se ssir ix-xahar id-dieħel fil-Qatar.
Chelsea huma interessati li jiksbu l-firma ta’ dan il-player iżda Milan għamluha ċara li ma jridux iċedu wieħed mill-istilel tagħhom.
Matul il-ġimgħa d-dieħla iż-żewġ partijiet mistennija jiltaqgħu biex jibdew id-diskussjonijiet għal kuntratt ġdid fuq medda ta’ ħames snin b’salarju ta’ €5 miljun kull sena.
Barra minn hekk, ir-Rossoneri għad iridu jħallsu €10 miljuni f’dejn lill-eks club ta’ Leao, Sporting Lisbon.