Sunday, November 24, 2024

Milan kunfidenti li Rafael Leao jġedded il-kuntratt

Aqra wkoll

Milan reġgħu jinsabu f’taħditiet mar-rappreżentanti tal-attakkant Rafael Leao, fit-tentattiv li jġedded il-kuntratt tiegħu konxji mill-fatt li qed jiġi segwit minn bosta clubs madwar l-Ewropa. 

Min-naħa tiegħu, l-attakkant internazzjonali Portugiż qed jitlob żieda sostanzjali fis-salarju tiegħu. Ir-Rossoneri jinsabu f’morsa għall-fatt li minbarra li l-kuntratt tal-player jintemm fi 18-il xahar, Chelsea ħabbru li jinsabu lesti li jħallsu s-somma tat-trasferiment tiegħu kif ukoll jagħtuh is-salarju mitlub minnu. 

Ir-Rossoneri sostnew li jistgħu jipprovdu l-aħjar pjattaforma biex Leao jkompli jikber, filwaqt li huma wkoll lesti li joffru salarju sinifikanti lill-player ta’ 23 sena biex jirrifletti l-istatus tiegħu bħala wieħed mill-aqwa talenti fl-Italja.

Preċedentement Milan wissew lil Chelsea li mhux se jilqgħu offerti għal Leao f’Jannar u minflok irrimarkaw il-klawsola tiegħu ta’ rilaxx hija dik ta’ €150 miljun.

Sport