Wednesday, April 24, 2024

“Għalkemm ilek sena li ħallejt din id-dinja nħossuk timxi t-triq magħna kuljum”

Puttinu Cares

Aqra wkoll

Sena ilu, fl-4 ta’ Jannar 2022, tħabbret il-mewt tal-Konsulent Dr Victor Calvagna.

“Għalkemm ilek sena li ħallejt din id-dinja nħossuk timxi t-triq magħna kuljum,” stqarrew Puttinu permezz ta’ messaġġ li qasmu fuq il-midja soċjali biex ifakkru l-memorja ta’ Calvagna f’għeluq l-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu.

Calvagna kien deskritt minn bosta bħala bniedem umli u li ddedika ħajtu biex jgħin lit-tfal morda u l-ġenituri.

Il-funeral ta’ Dr Calvagna

Lura fit-28 ta’ Diċembru 2021, Calvagna kellu jiddaħħal l-isptar bi ġrieħi serji wara li kien ittajjar qrib l-Akkwarju Nazzjonali fil-Qawra. Ftit tal-jiem wara, fil-31 ta’ Diċembru bintu kienet spjegat li missierha kien tilef 95% tal-funzjoni tal-moħħ. 

Fit-12 ta’ Jannar 2022 ingħatat l-aħħar tislima lil Calvagna, li għadu ħaj fil-qlub ta’ bosta.

Sport