AC Milan iridu jaħdmu sabiex iġibu aktar plejers b’mod partikolari f’nofs il-grawnd. Hekk kif plejers bħal Sandro Tonali, Tiemoue Bakayoko u Aster Vranckx telqu lir-Rossoneri, hemm negozjati mar-rappreżentant ta’ Davide Frattesi ta’ Sassuolo iżda wkoll ma’ Florentino Luis, midfielder ta’ Benfica li sploda matul dan l-istaġun b’wirjiet impekkabbli.
Profil ieħor li qed iħarsu lejh it-tim bil-kuluri suwed u ħomor hu Ibrahim Sangare li hu reġistrat ma’ PSV Eindhoven u li skorja ħames gowls f’29 dehra ma’ dan it-tim Olandiż.
Id-diriġenti Rossoneri jittamaw li xi wieħed minn dawn il-plejers jingħaqad magħhom sabiex jibdew jagħtu l-ewwel akkwisti lill-kowċ Stefano Pioli.