Wednesday, July 30, 2025

Mildred Azzopardi se tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt 

Aqra wkoll

Mildred Azzopardi, il-Mara ta’ 62 sena residenti l-Ħamrun li titlef ħajjitha wara li nqabdet bejn żewġ vetturi fil-Belt Valletta se tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt. 

F’messaġġ fuq Facebook, il-familjari ħabbru d-dettalji tal-funeral, fejn qalu li Mildred se tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fiid-9:15 a.m., fil-Knisja tal San Publiju fil-Furjana. 

Fuq talba tal-familja, dawk kollha li se jattendu, huma mħeġġa sabiex ma jilbsux ilbies b’kulur iswed iżda, ħwejjeġ bil-kuluri turqouise jew oranġjo, il-kuluri favoriti tagħha 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport