Id-Deputat Prim Ministru ħabbar li mill-14 ta’ Marzu, l-użu tal-maskri f’postijiet pubbliċi fuq barra mhux se jibqa’ obbligatorju. Il-maskri jibqgħu meħtieġa f’postijiet pubbliċi ġewwa jew fejn ikun hemm ġemgħat kbar ta’ nies.
Fearne qal li għat-tieni sena wara l-oħra reġa’ kellna ftit każijiet żgħar ta’ influwenza. Waħda mir-raġunijiet li qed jattribwixxi għal dan in-nuqqas ta’ każijiet huwa proprju l-ilbies tal-maskri.