Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu nnota kif l-ekonomija qed toħloq iktar ġid, fost l-oħrajn semma kif illum għandna anqas min-nofs il-familji li kellna 10 snin ilu dipendenti fuq l-assistenza soċjali. Fakkar kif taħt Gvern Laburista mill-2013 sal-lum il-familji Għawdxin u Maltin gawdew minn €820 miljun f’tax cuts, kif ukoll fi kważi biljun u kwart ewro bejn income tax u taxxa tal-boll fuq il-propjetà.
Il-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni trid tagħżel u tieqaf tilgħab il-logħba ta’ sieq ‘l hemm u sieq ‘l hawn, għax filli tipproponi idea li biha jkollok iġġib mal-50,000 barrani biex jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis ta’ ġurnata tax-xogħol u imnbagħad tgħid li fejn hemm il-barranin huwa tat-tkexkix.
Innota li l-Partit Nazzjonalista ma weġibx meta mistoqsi minn fejn se jnaqqas il-barranin, bl-aktar persuna li qed tiffumenta sentiment kontra l-barranin huwa l-Kap de facto tagħhom, li huwa wkoll ir-rappreżentant tal-akbar grupp ta’ kumpaniji li jħaddem barranin f’Malta.


