Minn tal-inqas 10 xabbaturi tilfu ħajjithom fil-muntanji qrib Tehran wara maltemp qawwi li kkawża valanga fl-Iran.
Il-muntanja Alborz hi popolari ferm għal min iħobb l-avventura fejn tul dawn l-aħħar jiem ġie esperjenzat maltemp qalil.
S’issa hemm minn tal-inqas 20 tim li rnexxielhom isalvaw madwar 14-il persuna imma għad hemm minn tal-anqas seba’ persuni nieqsa.