Wednesday, July 24, 2024

Mill-anqas tliet persuni jinqatlu u oħrajn jindarbu fi sparatura fl-Istati Uniti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tliet persuni nqatlu u tlieta oħra ndarbu fi sparatura li seħħet f’kumpless tal-bowling f’Rockford f’Illinois.

Waqt aġġornament tal-aħbarijiet il-kelliem għall-Pulizija f’Rockford Daniel O’Shea qal li meta waslu fil-post, l-ebda uffiċjal ma spara tiri. Qal li minn dak li għandhom f’idejhom s’issa jidher li r-raġel arrestat huwa l-uniku persuna involuta fl-isparatura.

Aktar tard il-Pulizija fi Tweet ippubblikata qalet li qed iżżomm arrestat raġel ta’ 37 sena ta’ karnaġġjon ċar.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li fost dawk milqutin hemm żewġ żgħażagħ, iżda O’Shea ma tax dettalji dwar jekk dawn humiex fost il-vittmi.

Ekonomija

Sport