Tuesday, July 1, 2025

Mill-inqas 20 persuna jinqatlu f’attakk minn Iżrael fuq kafetterija

Aqra wkoll

Mill-inqas 20 persuna ġew mqatulin hekk kif Iżrael wettaq attakk fuq kafetterija f’Al-Baqa waqt li l-istess post kien mimli bin-nies. 

Skont mediċi li assistenew lill-vittmi qalu li f’din il-kafetterija li tinsab ħdejn il-baħar f’Gaża fiha jkun hemm ħafna attivisti, ġurnalisti u anke residenti ta’ Gaża.

Ma’ dawk mejtin, kien hemm ħafna oħrajn li kellhom jiddaħlu l-isptar minħabba ġrieħi serji li sofrew. Kelliem tal-Ministru tad-Difiża tal-grupp Ħamas qal li b’mod immedjat bdiet operazzjoni biex jinħarġu l-persuni li kien hemm fil-kaferrerija filwaqt li stqarr li m’għandux idea kif dan il-post spiċċa fil-mira ta’ Iżrael. 

Intant, kameramen li jaħdem ma’ kumpanija lokali f’Gaża qal li hu kien jinsab ftit ftit metri ‘l bogħod mill-kafetterija u f’daqqa waħda sema’ splużżjoni qawwija. Aziz Al-Afifi qal li kien hu sejjer fil-kafetterija għax hu wieħed mill-ftit postijiet f’Gaża li għad hemm l-internet u ried juża dan biex jibgħat xi xogħol.

Al-Afifi kompla jgħid “li jien tlaqt niġri għal fuq il-post għax kont naf li fuq ġewwa kien hemm il-kollegi tiegħi. Niltaqa’ ma’ dawn in-nies kuljum… Kienet xena tal-biża’.. katavri kull fejn tħares, demm u nies iwersqu biex jiġu salvati u jingħataw l-għajnuna.”

Il-kafetterija Al-Baqa saret post magħruf mal-ġurnalisti minħabba li kien għadu qiegħed joffru l-Internet u ħafna minnhom kienu jmorru hemm biex ikunu jistgħu jibgħatu x-xogħol barra minn Gaża biex jiġi ppubblikat.

S’issa ma kien hemm l-ebda kummenti minn Iżrael x’wassal biex jitwettaq daqshekk kbir fuq din il-kafetterija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport